Palazzo Parisio nbena mill-Markiż Giuseppe Scicluna. Qabel, dan is-sit kien okkupat bħala residenza tas-sajf mill-komunita ’tal-Ġiżwiti. Wara li xtara l-propjeta’ fl-1898, il-Markiż Scicluna biddilha fl-istat li kienet, xtara aktar art fuq wara u kkonvertiha fi ġnien kbir. Dan kollu sar bejn l-1898 u l-1906.
Id-disinji artistiċi kollha saru minn artisti Taljani li nġiebu Malta apposta. Il-pitturi fis-saqaf huma xogħol l-artist Taljan Filippo Venuti.
Il-Markiż Scicluna uża dan il-Palazzo bħala r-residenza privata tiegħu għal perjodu qasir biss, sal-1907. Wara l-mewt tal-Markiż, il-Palazzo ma baqax jintuża bħala residenza privata u nbidel f ’attrazzjoni turistika u bħala sala tat-tiġijiet.
Fl-1962, il-Markiż John Scicluna ħalla parti sinifikanti mill-ġonna tal-Palazzo lill-International Trade Fair Corporation.
